Pauline Agius, omm ta’ żewġ subien, qed tappella għall-għajnuna wara li karozza sewda li fiha kien hemm numru ta’ żgħażagħ saqt b’veloċità qawwija għal fuq il-karozza tagħha fil-Qawra.
Il-każ seħħ illum fi Triq it-Turisti fejn Agius spjegat kif malli ndunat li l-karozza sewda kienet qed tinstaq b’veloċità tant qawwija fid-direzzjoni tagħha, hi mmanuvrat b’tali mod li tersaq fil-ġenb tat-triq bil-karozza s-sewda tagħfas il-brejkijiet u tieqaf ċentimetri ‘l bogħod minn mal-bieba ta’ fejn kien hemm it-tarbija tat-twelid.
B’rogħda qawwija fuqha, Agius spjegat li sakemm felħet toħroġ mill-karozza kawża tal-qata’ li kellha fuqha, il-karozza l-oħra biż-żgħażagħ fiha leħqet saqet lura u ħarbet minn fuq il-post.
Hi appellat għal kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni biex jgħaddihom lilha, kemm jekk xi ritratt jew filmat u anke jekk biss informazzjoni. Dan hekk kif dak il-ħin bil-qata’ ma leħqitx ħadet in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura u qed titlob għall-għajnuna sabiex dan is-sewqan perikoluż jitneħħa mit-toroq.