Iffirmat ftehim li se jwassal għal proġett li jgħin lill-pazjenti tfal bil-kanċer | One News

Notifiki

Iffirmat ftehim li se jwassal għal proġett li jgħin lill-pazjenti tfal bil-kanċer

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Malta Vodafone Foundation u l-Università ta’ Malta li se jara proġett b’investiment ta’ €113,000. 

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Inteliġenza Artifiċjali fl-Università ta’ Malta, il-Professur Alexei Dingli, spjega kif se tkun qed tinbena app li permezz ta’ virtual reality headset u smart watch se tkun qed tgħin lil pazjenti tfal li jkunu qed jirċievu t-trattament kontra l-marda qerrieda tal-kanċer.

Dan hekk kif il-logħba se thedha lill-pazjenti u b’hekk jitnaqqas l-uġigħ.  Dan il-proċess huwa wieħed ipprovat. Filfatt dan il-proġett huwa wkoll segwit mill-iskola medika ta’ Stamford.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend