Għadd ta' toroq magħluqin minħabba l-festa ta' Santa Venera | One News

Notifiki

Għadd ta’ toroq magħluqin minħabba l-festa ta’ Santa Venera

Nhar is-Sibt 28 ta’ Lulju, 2018, bejn id-21:30 sal-23:30, kif ukoll nhar il-Ħadd 29 ta’ Lulju, 2018, bejn is-18:30, sal-22:30, ser jingħalqu bosta arterji tat-traffiku sabiex tkun tista’ tinżamm il-wirja tan-nar tal-ajru relatata mal-festa ta’ Santa Venera.

L-arterji prinċipali li ser ikunu magħluqa huma dawn; Bypass tal-Mrieħel, direzzjoni lejn Marsa Bypass (minn fejn l-uffiċini tal-M.F.S.A.), Marsa Bypass, minn ma’ Triq Aldo Moro, Marsa, mit-telgħa biswit is-Sezzjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija (Triq Aldo Moro ser tibqa’ aċċessibli għat-traffiku), Marsa Bypass, direzzjoni lejn il-mina ta’ Santa Venera, kif ukoll lejn id-direzzjoni tal-Bypass tal-Imrieħel, Triq Reġjonali, minn fejn dak li kien l-Isptar St Philips, direzzjoni lejn Marsa Bypass (southbound), inkluż il-mini ta’ Santa Venera, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, kif ukoll parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun u Triq il-Kanun, Santa Venera

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend