ARA: Studju mużikali f'livell ta' diploma fl-Università | One News

Notifiki

ARA: Studju mużikali f’livell ta’ diploma fl-Università

Issiġillat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-Għaqda Każini tal-Baned li permezz tiegħu l-bandisti u s-surmastrijiet fil-baned Maltin se jkunu jistgħu jsegwu kors f’livell ta’ diploma fl-istudji tal-istrumenti tan-nifs.

Dan il-kors mifrux fuq sentejn fuq bażi part-time se jiġi offrut lil mużiċisti li għandhom ħiliet mużikali adekwati.

Id-Diploma se sservi biex il-ħiliet kollha li l-bandisti tgħallmu sa minn ċkunitu f’xi każin tal-banda, jissaħħu u jingħaqdu permezz ta’ ċertifikat rikonoxxut madwar id-dinja kollha.

Dr Philip Ciantar, il-Kap tad-Dipartiment tal-Mużika fl-Università ta’ Malta, spjega ma’ ONE News li l-kors se joffri studji ħolistiċi bbażati fuq il-prattika, it-teorija u r-riċerka li se jidħlu fid-dettall fl-istorja tal-baned f’pajjiżna.

ONE News tkellem ma’ Dr Noel Camilleri, il-President Onorarju tal-Għaqda Każini tal-Baned li stqarr li dan hu pass ’il quddiem biex il-kultura tal-baned tibqa’ ħajja u rikonoxxuta fuq livell akkademiku.

Ritratt: Banda Peace Naxxar

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend