ARA: Stima ta' żieda ta' 6.7 miljun passiġġier fl-MIA sal-aħħar tal-2018 | One News

Notifiki

ARA: Stima ta’ żieda ta’ 6.7 miljun passiġġier fl-MIA sal-aħħar tal-2018

B’investiment ta’ €40 miljun, l-MIA ghandha pjanat li tkabbar it-terminal gewwa l-ajruport ta’ Malta permezz ta’ zieda fic-check in desks u gates kif ukoll spazju ikbar ghar-ristoranti.

Dan ġie żvelat mic-CEO Alan Borg meta l-Ħamis wara nofsinhar ħabbar ir-rapport ta’ nofs is-sena. L-ajruport Malti ra tkabbir ta’ 8.5% bejn is-sena 2016 u 2017. Malta giet ukoll fir-raba’ post bħala wieħed mill-ajruporti bl-aktar konettivita. Kien hemm ukoll żieda ta’ 40% fir-rata ta’ passiġġieri bejn is-sena 2016 u 2018 – l-akbar żieda fin-numru ta’ passiġġieri.

Intant, huwa mahsub li sal-aħħar tas-sena 2018 ha jkun hemm żieda ta’ 13% li ssarraf f’ 6.77 miljun passiġġier. Fost il-proġetti ppjanati hemm ukoll li jsir aktar tisbieħ fit-terminal flimkien ma’ espansjoni ta’ dan u bini ta’ parkeġġ multi-storey għall-karozzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend