Issa tista' terġa' tgħum fi Qui-Si-Sana f'Tas-Sliema | One News

Notifiki

Issa tista’ terġa’ tgħum fi Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm f’Qui-Si-Sana, Tas-Sliema (Kodiċi tas-Sit B 14) hi tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.

Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected] Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Barra dawn il-ħinijiet, il-pubbliku hu ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-mobile phone għal Malta fuq in-numru +356 7950 9918 u għal Għawdex fuq in-numru +356 7950 9919.

Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/Environmental-Health-Directorate-Malta-145027878928626/ jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/EHRM/Pages/Bathing-Water-Programme.aspx għal informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend