Żewġ Sqallin u Malti ġew arrestati wara sejba ta’ 200kg droga.
Kienet ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ filgħaxija, li wasslet għall-arrest tat-tliet persuni.
It-tliet persuni, żewġ Sqallin ta’ 30 u 31 sena u raġel ta’ 28 sena residenti San Ġwann, instabu fil-pussess ta’ madwar 100kg sustanza allegatament raża tal-kannabis kif ukoll ma dwar 100kg sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis moħbija qalb konsenja frott li kienu f’żewġ vannijiet separati.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Galea Sciberras LLD ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi espersi sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
It-tliet persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin u mhux eskluż li jitressqu l-Qorti għada akkużati bl-assoċjazzjoni fl-importazzjoni u fit-traffikar tal-istess droga mhux għall-użu esklussiv tagħhom.