David Casa għandu ħafna xi jwieġeb | One News

Notifiki

David Casa għandu ħafna xi jwieġeb

Wara l-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali dwar l-allegazzjoni Egrant, David Casa tilef kull kredibilitá li qatt seta’ kellu.

Fi stqarrija, l-ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli qalet li David Casa kien il-persuna li mar jiġri fuq it-television jgħid li Egrant hija tal-familja Muscat. Ma ddejjaq xejn jagħmel din il-gidba tiegħu u jiddikjara li kien hemm “fatti ddikjarati” dwar dan. Dawk li Casa sejjaħ fatti llum ġew iċċertifikati bħalha gidba mill-inkjesta Maġisterjali dwar l-allegazzjoni Egrant.

David Casa nesa li ħareġ għonqu u għamel minn kollox biex irewwaħ allegazzjonijiet u jagħti l-kredibilita lil dawk l-allegazzjonijiet li llum ħarġu li ma kienu xejn għajr gibda. David Casa ma ddejjaq xejn jirrepeti din il-gidba u jipproteġi lil nies li huma nvoluti f’din il-gidba b’dannu għall-pajjiż.

Illum għandna inkjesta Maġisterjali li turi li din il-gidba hija frame-up politiku ibbażata fuq dokumenti u firem foloz. David Casa għandu jiġi quddiem il-poplu u jgħid għaliex ħareġ għonqu għall-persuni li l-inkjesta sabet li x-xhieda tagħhom hija kunflinġenti.

Malli l-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja kixfet li l-allegazzjoni dwar Egrant kienet biss gidba, David Casa ħareġ jiġri jippubblika dokument – li l-FIAU qed tghid li kien imbagħbas. L-FIAU qalet bl-aktar mod ċar li d-dokument li ppublika Casa rega’ gie miktub, fih ħafna diskrepanzi, nuqassijiet u affarijiet ineżatti. Jekk dan mhux “doctored and incomplete FIAU report”, kif għidt fl-artiklu tal-ġurnal The Times tal-llum, mela x’inhu?

L-iskuża, li ġab David Casa kienet li r-rapport reġa ġie miktub biex jipproteġi s-sors. Jekk jinkwieta tant dwar il-protezzjoni tan-nies, għaliex David Casa ma pproteġiex ukoll l-isem tal-analista tal-FIAU li allegatament kienet involuta fil-kumpilazzjoni tad-dokument?

Il-verità dejjem toħroġ. Għal uħud dan fisser stennija ta’ 15-il xahar jikkumbattu l-gideb li ħaddieħor gideb fuqhom inkluz David Casa nnifsu. Il-poplu jaf kemm hu kredibbli David Casa.

Filwaqt li l-FIAU tikkonferma li David Casa għandu dokument imbgħabas, in-nies jiġġudikawh f’Mejju li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend