Valletta FC u Balzan FC jkomplu bl-avventura Ewropeja llejla | One News

Notifiki

Valletta FC u Balzan FC jkomplu bl-avventura Ewropeja llejla

Iċ-Champions tal-Kampjonat Premier Valletta FC u r-runners up Balzan FC illejla jkomplu bl-avventura Ewropej meta illejla jilagħbu fit-tieni rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.

Fis-18.00 fic-Centenary Stadium, Balzan FC jittamaw li jikbsu riżultat tajjeb meta jilqgħu l-qawwa tat-tim Slovakk, Slovan Bratislava.  L-uniku plejer li mhux ser ikun għad-dispozizzjoni tal-kowċ Marko Mikovic huwa s-Serb Andrija Majdevac li tkeċċa fit-tieni leg tal-ewwel rawnd kontra Kesla FK tal-Azerbaijan.

Fil-19.00 fl-Stadium ta’ Zrinjski fil-Bosnija, Valletta FC jibdew l-avvenutra tagħhom fil-UEFA Ewropa League meta jilagħbu kontra HSK Zrinjski.  It-tim Belti ġie eliminat mill-ewwel rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Champions League għas-spejjes ta’ FC Kukesi u għalhekk b’mod awtomatiku għadda għat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa League.

L-għan prinċipali ta’ Valletta FC huwa li jiskurjaw barra mill-pajjiż biex għalhekk is-sitwazzjoni fit-tieni leg ma tkunx daqshekk diffiċli.  Danilo Doncic ser ikollu l-plejers kollha għad-dispozizzjoni tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend