Tibda l-kampanja t'akkwisti għal Tarxien Rainbows | One News

Notifiki

Tibda l-kampanja t’akkwisti għal Tarxien Rainbows

Matul din il-ġimgħa Tarxien Rainbows ser ikunu qed iħabbru l-akkwisti kollha li saru s’issa f’dan is-suq ta’ trasferimenti wara li nhar it-Tnejn ħabbru li l-goalkeeper Andrea Cassar ġedded l-kuntratt tiegħu mat-tim, fl-aħħar sigħat ir-Rainbows ħabbru l-akkwist ta’ żewġ difensuri ġodda.

It-tim immexxi minn Jose Borg akkwistaw lid-difensur laterali Ġermaniż Jens Wemmer. Wemmer, li għandu 32 sena u huwa prodott ta’ Werder Bremen, lagħab ma’ bosta timijiet bl-aktar wieħed riċenti jkun Panathinaikos fil-Greċja. Huwa lagħab ukoll fil-Bundesliga u Bundesliga 2 . ma’ SC Paderborn.

Tarxien iffirmaw ukoll lid-difensur Taljan ta’ 21 sena Marco Botta. Botta diġa lagħab f’pajjiżna mat-tim ta’ taħt id-19 -il sena ta’ Sliema Wanderers filwaqt li l-istaġun li għadda kien parti mit-tim ta’ Naxxar Lions.

Huwa mifhum li sa nhar il-Ġimgħa, Tarxien ser ikunu qed iħabbru żewġ akkwisti oħra.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend