Kollaborazzjoni għal għan twajjeb fil-qasam tal-blockchain | One News

Notifiki

Kollaborazzjoni għal għan twajjeb fil-qasam tal-blockchain

Daqqa ta’ pinna fetħet il-bibieb għall-futur ta’ kollaborazzjoni bejn The President’s Trust u The Blockchain Charity Foundation.

Din tal-aħħar hija l-ewwel fondazzjoni tat-tip tagħha. Fondazzjoni mwaqqfa grazzi għas-settur tal-Blockchain permezz tal-kumpanija ta’ skambju ta’ ‘cryptocurrency’, Binance.

Fid-diskors tagħha l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca spjegat kif dan il-ftehim ser iservi sabiex f’Malta jiġu żviluppati proġetti b’miri sostenibbli. Proġetti fil-qasam tal-innovazzjoni u t-teknoloġija speċjalment fis-settur tal-Blockchain.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ The Blockchain Charity Foundation’ Helen Rai, saħħqet li dan l-iffirmar ser ikompli jgħin fil-ġlieda kontra l-poverta speċjalment qalb iż-żgħażagħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend