Imut l-eks Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Fiat fl-età ta' 66 sena | One News

Notifiki

Imut l-eks Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Fiat fl-età ta’ 66 sena

Tħabbret il-mewt tal-eks Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Fiat-Chrysler, Sergio Marchionne fl-età ta’ 66 sena.

Hu tilef ħajtu fl-isptar wara li saħħtu marret lura kawża ta’ kumplikazzjonijiet minn operazzjoni li saritli fi spalltu.

Hu mexxa l-kumpanija għal aktar minn diċenju u kien bi ħsiebu li jitlaq s-sena d-dieħla.

Is-suċċessur wara Marchionne hu Briton Mike Manley, il-Kap tad-diviżjoni Jeep tal-kumpanija Taljana-Amerikana.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend