Wara Egrant: Ferris u r-Russa b’akkużi gravi kontra xulxin – One News

Wara Egrant: Ferris u r-Russa b’akkużi gravi kontra xulxin

Erbgħa u għoxrin siegħa wara li ġiet ippubblikata l-inkjesta dwar Egrant kompla jitla’ aktar żejt f’wiċċ l-ilma u l-esponenti ewlenin wara din il-kalunja komplew jitħarbtu.

It-Tnejn filgħaxija Jonathan Ferris qal li s-sors ewlieni tal-blogger Daphne Caruana Galizia, Maria Efimova mhix mara kredibbli.

Meta l-ġurnalist ta’ Lovin Malta staqsi lil Ferris dwar jekk jemminx l-allegazzjonijiet li kienet għamlet fil-konfront tal-Prim Ministru Ferris wieġeb li l-kelb il-mismut kull ilma jaħsbu misħun u wara li kienet gidbet fuqhu ma joħodhiex bi kbira li f’dan il-każ kient qed tigdeb dwar il-Prim Ministru.

Maria Efimova jidher li ħassitha mweġġa’ bil-kummenti ta’ Jonathan Ferris u Ferris innifsu deher li għamel u-turn kbira f’dan il-każ. Ftit qabel nofs il-lejl tat-Tnejn filgħaxija Efimova kitbet fuq Twitter li stennietx dawn il-kummenti mingħand Ferris iżda kitbet ukoll li fi Frar flimkien ma David Casa huwa kien lest jitla’ jixhed favuriha sabiex tibqa maqbuda fil-Greċja.

Dan jikkuntrasta sew ma dak li qal Ferris waqt l-intervista tal-Lovin Malta. Dan ikompli jikkonferma t-taħwid bejn iż-żewġ sorsi ewlenin li għamlu allegazzjonijiet bla bażi fil-konfront ta’ dversi uffiċċjali tal-Gvern. Sorsi, li bħal David Casa jħobbu jfittxu l-lenti tal-cameras u li jagħmlu minn kollox sabiex ikunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni.

Ir-raġel ta’ Maria Efimova wkoll erħiela lejn twitter biex jatakka lil Ferris u qal li Ferris ppreżenta affidavid lill-avukati ta’ Efimova fil Greċja liema affidavid igiddeb ix-xhieda ta’ Ferris stess fil-Qrati Maltin.

Bħala eks impjegata tal-bank Pilatus, ħmistax-il xahar ilu, Maria Efimova kienet fiċ-ċentru tal-allegazzjonijiet fil-konfront tal-familja Muscat.

Dakinhar hija kienet qalet li kellha fil-pussess tagħha, dokumenti li juru li Michelle Muscat kienet is-sid tal-kumpanija Egrant filwaqt li allegat li dawn id-dokumenti kienu miżmuma ġewwa safe fil-kċina tal-bank Pilatus.

Din id-dikjarazzjoni ġiet imgiddba kategorikament mill-Maġistrat Aaron Bugeja hekk kif fl-inkjesta innota li dawn d-dokumenti, li ġew ppreżentati lilu mid-Direttur tal-Media Link Pierre Portelli kienu foloz.

Bħalissa Maria Efimova tinsab maqbuda fil-Greċja wara li ħarbet minn Malta hekk kif intebħet li kienu infetħulha kawżi fil-Qorti dwar allegazzjonijiet foloz li kienet għamlet fil-konfront ta’ tliet uffiċjali għoljin tal-Pulizija xhur qabel ħarġet bil-gidba dwar mart il- Prim Ministru.

Meta ħarbet minn Malta, l-Qrati Maltin ħarġu numru ta’ mandati t’arrest Ewropej għaliha madankollu bl-għajnuna tal-Ewro Parlamentari Nazzjonalista, David Casa hija baqgħet fil-Greċja minħabba teknikalitajiet legali.

B’din il-mossa, Casa ħarbat proċeduri legali kurrenti u futuri kollha li kellha tidher tidher għalihom Maria Efimova u ċaħħad milli jingħataw ġustizzja tliet uffiċċjali tal-Pulizija li sfaw vittmi ta’ gidba waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Ferris m’huwiex l-uniku persuna li giddeb lil Maria Efimova hekk kif il-Maġistrat Aaron Buġeja nnota li t-testimonjanza tagħha fl-inkjesta ma reġietx wara li kienet biddlet ix-xhieda tagħha diversi drabi. Innota wkoll kif il-kelma tagħha ġiet imgiddba minn diversi CCTV cameras li kienu installati fil-bank.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend