Raġel ta' 52 sena irrappurtat nieqes | One News

Notifiki

Raġel ta’ 52 sena irrappurtat nieqes

Philip Borġ, ta’ 52 sena, kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija nhar it-23 ta’ Lulju 2018.

Huwa deher l-aħħar fir-residenza tiegħu ġewwa Ħaż-Żebbuġ fit-22 ta’ Lulju 2018 u kien liebes flokk blu skur u three quarters blu skur. Philip Borġ kien qed jagħmel użu mill-vettura Isuzu Trooper ta’ lewn abjad.

Kull min għandu xi nformazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.

L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend