QTIL DOPPJU: Micallef għadu jinżamm f'Monte Carmeli | One News

Notifiki

QTIL DOPPJU: Micallef għadu jinżamm f’Monte Carmeli

Kevin Micallef ta’ 42 sena mill-Għargħur għadu qed jinżamm fl-Isptar Monte Carmeli wara li lbieraħ filgħodu qatel lil ommu Antonia ta’ 71 sena u lil zitu Maria Carmela ta’ 74 sena b’daqqiet ta’ sikkina tal-ħobż fid-dar ta’ ommu fil-Għargħur.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qalu ma’ one.com.mt li r-raġel mhux mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-fatt li għadu qiegħed jinżamm taħt il-kura psikjatrika fl-Isptar Monte Carmeli.

Fil-fatt sa issa l-pulizija għadha ma interrogattux dwar il-qtil għax l-ewwel iridu jkunu l-psikjatri li jaraw f’liema qagħda mentali jinsab l-aggressur.

Micallef ġie arrestat mill-Pulizija wara li kien hu stess li ta ruħu b’idejh lill-pulizija wara li wettaq id-delitt wara argument li nqala’ bejn u zitu fil-kamra tal-ħasil. Huwa jidher li attakka lil ommu wkoll f’din il-kamra wara li marret biex tferraqhom.

S’issa hu mifhum li d-delitt seħħ wara argument li kellu ma’ zitu għax allegatament kien qiegħed jissuspetta li kienet qiegħda titfagħlu l-kalmanti fil-kafe’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Iskwadra tal-Omiċidji bil-għajnuna tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend