Nirien f'foresta iħallu 50 mejta – Il-Greċja titlob l-għajnuna internazzjonali | One News

Notifiki

Nirien f’foresta iħallu 50 mejta – Il-Greċja titlob l-għajnuna internazzjonali

Nirien f’foresta fil-Greċja qatlu minn tal-inqas ħamsin persuna, hekk kif l-awtoritajiet qed ifittxu l-għajnuna internazzjonali.

Mijiet ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jaħdmu qatigħ kontra n-nirien, filwaqt li n-nies telqu minn darhom li jinsabu viċin il-kapitali Ateni.

Uffiċjali qalu li għaddejja ħidma ta’ salvataġġ biex jinstabu għaxar turisti li ħarbu min-nirien permezz ta’ dgħajsa.

Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras qal li se jsir dak kollu possibbli biex ikunu kkontrollati n-nirien, bil-ħaddiema tat-tifi tan-nar jgħidu li s-sitwazzjoni hija diffiċli ħafna.

Ħafna mill-vittmi nqabdu f’Mati, post li jinsab ħdejn il-baħar, u mietu f’darhom jew fil-vetturi tagħhom.

Iktar minn mija u erba persuni sfaw feruti, ħdax minnhom serjament, u sittax minnhom tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend