Moviment qawwi fil-klabb ta' Ħamrun Spartans FC | One News

Notifiki

Moviment qawwi fil-klabb ta’ Ħamrun Spartans FC

It-tmexxija ta’ Hamrun Spartans bhalissa għaddejja b’ħidma qawwija biex it-tim li din is-sena ser ikun immexxi mit-Taljan Giovanni Tedesco ikun preparat biżżejjed qabel il-bidu tal-Kampjonat.

Fl-aħħar sigħat Ħamrun ħabbru l-akkwist ta’ erba’ plejers ġodda; żewġ difensuri ċentrali u żewġ attakanti.  Id-difensuri huma Jorge Nicolas Pandiani; Urugwajan ta’ 24 sena u t-Taljan ta’ 29 sena Samuelo Romeo. Plejer ieħor li ser ikun qed jilgħab bil-flokk ta’ Ħamrun huwa l-ex-Valletta FC u Sliema Wanderers fost l-oħrajn Njongo Priso.  L-attakant l-ieħor huwa l-Arġentin ta’ 28 sena Carlos Hernan Henneberg.

Intant Ħamrun Spartans ħabbru wkoll li l-ex plejer tagħhom Joe Brincat ser ikun qed imexxi lill-minors tal-klabb. Ma’ Hamrun Brincat, magħruf ahjar bħala t-Tivoli, rebaħ darbtejn il-kampjonat u tlett darbiet l-FA Trophy bħala plejer.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend