AĠĠORNAT: Mara tindarab gravi wara li nqalbet bil-karozza fl-Imqabba | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Mara tindarab gravi wara li nqalbet bil-karozza fl-Imqabba

Mara ndarbet gravi wara li nqalbet bil-karozza fl-Imqabba.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-19:00 fi Triq tas-Sejba, l-Imqabba.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li Ford Fiesta, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 43 sena li tirrisjedi Ħaż-Żebbuġ, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li kellha mpatt ma’ ħajt u nqelbet.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll ta’ tim mediku. Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard hija kienet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend