L-Italja se taċċetta vapuri tas-salvataġġ fil-portijiet sakemm l-UE tilħaq ftehim | One News

Notifiki

L-Italja se taċċetta vapuri tas-salvataġġ fil-portijiet sakemm l-UE tilħaq ftehim

L-Italja se tħalli vapuri tas-salvataġġ jidħlu fil-portijiet tagħha sakemm l-Unjoni Ewropea tilħaq ftehim biex jitqassmu l-immigranti ġodda li jaslu fil-pajjiż.

Il-Ministru Taljan għall-Affarijiet Barranin Enzo Moavero Milanesi qal li l-Italja se tkompli taċċetta l-vapuri għal ħames ġimgħat sakemm l-Unjoni Ewropea terga tinnegozzja l-politika eżistenti.

Il-Gvern il-ġdid Taljan, li huwa lemini fl-ideat tiegħu, ħa pożizzjoni ħarxa fuq l-immigrazzjoni.

Il-pajjiż huwa l-punt ewlieni ta’ dħul għall-Afrikani li jidħlu l-Ewropea bil-baħar, iżda l-Italja trid li l-piż li jġibu magħhom il-wasliet tal-immigranti jinqasam bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend