Identifikat is-suspettat tal-isparatura li seħħet il-Ħadd li għadda f'Toronto | One News

Notifiki

Identifikat is-suspettat tal-isparatura li seħħet il-Ħadd li għadda f’Toronto

Uffiċjali Kandiżi identifikaw lis-suspettat tal-isparatura li seħħet il-Ħadd f’Toronto bħala Faisal Hussain ta’ disgħa u għoxrin sena.

L-Ontario Special Investigations Unit qalet li ħabbret ismu minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-inċident traġiku.

Tifla ta’ għaxar snin u tfajla ta’ tmintax-il sena mietu wara li l-aggressur fetaħ in-nar fi triq bieżla fid-distrett Greektown f’Toronto.

Tlettax oħra sfaw feruti.

L-Ontario Special Investigations Unit, li teżamina każijiet li jkunu jinvolvu lill-pulizija u jirriżultaw f’imwiet, qalet li eżami fuq is-suspettat aggressur huwa skedat għal jum tat-Tlieta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend