Bil-filmat: Marlene tqabbad lil Godfrey jitfilha l-borma waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar Egrant – One News

Notifiki

Bil-filmat: Marlene tqabbad lil Godfrey jitfilha l-borma waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar Egrant

 

Dik ta’ Marlene Farrugia t-Tlieta filgħodu kienet konferenza tal-aħbarijiet li fakkret f’xeni ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Meta suppost kienet qed tirreaġixxi għall-inkjesta Egrant, Marlene Farrugia spiċċat tattakka lil kulħadd minbarra lil Simon Busuttil.

Saħansitra spiċċat tgħid li l-familja tal-Prim Ministru, il-vittma tal-gidba Egrant, għandhom jitolbu skuża.

Il-familja muscat għandha titlob apoloġija  storika.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tagħha Marlene Farrugia qalet li għandha fiduċja fl-inkjesta tal-Maġistrat Aron Bugeja, għax tafu hu trabbiet miegħu.

Iżda, kull meta tkellmet fuq il-konklużjonijiet provat titfa d-dubji.

Minn naħa l-oħra kellha tweġiba ċara u skjetta meta mistoqsija jekk tkunx lesta tisfiduċja lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia.

Ġurnalisti preżenti riedu jistaqsu lil Godfrey Farrugia jkunx lest jagħmel l-istess u għalih wieġbet is-Sinjura Farrugia

Mitluba tgħid jekk hemmx xi ħsieb li tingħaqad ma’ Simon Busuttil jew xi membri tal-oppożizzjoni nazzjonalista, Farrugia, li telgħet minn fuq il-lista tal-istess partit wieġbet hekk:

Aħna nħalluhom jgħaffġu u naraw x’jiġri bejniethom.

Lill-Partit Nazzjonalista tħallihom jgħafġu. Iżda, għal Busuttil dejjem tkun lesta b’parir.

Kieku jien kont flok Simon Busuttil, mhux ovja li ma nserviex ma Kap b’dellijiet koroh fuqu. U huwa poodle.

Skont Farrugia, Adrian Delia qed jgħaddi lin-nazzjonalisti minn trawma.

U filwaqt li kien għaddej dan kollu l-borma kienet fuq in-nar. Peress li Marlene Farrugia damet ftit mhux ħażin tieħu gost tisma lilha nnifisha titkellem bdiet tinxtamm riħa suspettuża. U hawn daħal Godfrey.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend