Delia kostrett imur fuq it-tv jattakka lil Busuttil | One News

Notifiki

Delia kostrett imur fuq it-tv jattakka lil Busuttil

Fuq l-istazzjon tiegħu, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kompla jiftaħ attakk mill-aktar qalil fil-konfront tal-predeċessur tiegħu, Simon Busuttil.

It-Tnejn filgħaxija, Adrian Delia u n-nies tiegħu kienu kostretti li jorganizzaw programm mhux skedat minn qabel sabiex il-Kap iwieġeb għall-pressjoni li bdew jagħmlulu għadd ta’ deputati tiegħu li ħarġu għonqhom għal Simon Busuttil.

Fi programm ta’ siegħa, li Delia qagħad attent li mqar ma jsemmix darba l-isem ta’ Simon Busuttil, Delia xorta fetaħ attakk fuq Busuttil u b’dikjarazzjonijiet ċari u iebsin reġa’ wera l-bieb ta’ barra lil Simon Busuttil.

Delia ma qagħad jogħmodha u tgħajjar kemm felaħ ma’ Busuttil li fi kliemu stess hemm bżonn ta’ tisfija sħiħa mit-tmexxija ta’ Busuttil.

U qed nissaffew u nkunu f’pożizzjoni li nibnu fuq pedament iktar b’saħħtu.

U jekk qatt kien hemm dubju li l-kriżi u l-qasma fil-Partit Nazzjonalista waslet fl-ogħla livelli, il-Kap innifsu kkonferma li hemm żewġ klikek fil-partit li jmexxi hu.

Imma biex jingħaqad il-partit hemm bżonn miż-żewġ naħat niġu flimkien mhux min-naħa waħda biss.

Intervistat minn Frank Psaila, li żgur qanqal memorji li kien wieħed mill-uċuh li fuq il-midja Nazzjonalista imbotta l-gidba tal-Egrant, Adrian Delia beda jibża’ għal postu u staqsa għalfejn mhux kullħadd qed jieħu l-linja li ħa hu.

Għalfejn qed issir din il-ġlieda? Għalfejn? Għal persuna, għal oħra, għal grupp għall-ieħor? Għal poter, għalfejn? Għal ħakma?

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend