Deheb għat-tim tal-Bowling Malti tal-Youths fil-British Open | One News

Notifiki

Deheb għat-tim tal-Bowling Malti tal-Youths fil-British Open

Nhar il-Ħadd 15 ta’ Lulju t-team Malti tal-Youths rebaħ il-medalja tad-deheb f’team event organizzat għall-ewwel darba mill-British Tenpin Bowling Association fil-Margate Bowling Centre ta’ Kent fl-Ingilterra.

It-team kien magħmul minn Shadon Psaila, Ayrton Ciangura, Reuben Scerri u Nicholas Muscat li lagħbu f’Diviżjoni 2 wara li t-timijet inqasmu f’erba’ kategoriji skont il-medji. Kull tim kellu jilgħab żewġ blokki ta’ tliet partiti. Il-coach kien Mark Spiteri.

Is-subien Maltin kellhom bidu diffiċli imma tjiebu fit-tieni parti u qabżu l-ewwel fil-klassifika biex spiċċaw 87 pin quddiem tat-tieni post. Nicholas Muscat ħa wkoll il-highest game award għall-kategorija tiegħu.

It-team ġie ppreżentat bi trofew u l-medalji tad-deheb mid-direttur tat-tournament Steve Allen.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend