Attentat ta' serqa f'Għawdex b'arma finta | One News

Notifiki

Attentat ta’ serqa f’Għawdex b’arma finta

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-2.40, raġel Ingliż ta’ 47 sena kien avviċinat minn żewġ persuni waqt li kien fil-karozza wara li kienu għadu kemm għalaq il-ħanut tiegħu.

Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Pjazza l-Vittorja, ix-Xagħra, Għawdex.

Iż-żewġ persuni allegatament kienu mgħammda u wieħed minnhom kien armat b’arma tan-nar li wara irriżulta li kienet finta.

Il-vittma irnexxilu iżomm wieħed mill-aggressuri. Waqt l-argument, il-vittma sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-allegat aggressur ġie identifikat bħala ġuvni ta’ 17-il sena. Hu ġie arrestat fuq il-post u qed jinżamm mill-Pulizija biex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend