ARA: Allegat serq ta' dokumenti mill-qorti | One News

Notifiki

ARA: Allegat serq ta’ dokumenti mill-qorti

Edwin Vassallo ta’ 56 sena minn Bormla u Joseph Bezzina ta’ 61 sena mill-Belt Valletta qed jiġu akkużati li allegatament kienu involuti f’serq ta’ dokumenti mill-Qorti ta’ Malta.

Il-kaz imur lura għas-27 t’April 2017 meta il-proċess tal-każ Angel Attard ġie nieqes minn fuq it-trolley li fuqu jkun hemm id-dokumenti.

Fil-qorti kmieni dalghodu xehdu diversi xhieda fosthom l-ispettur Frank Anthony Abela stazzjonat fid-drug squad li spjega kif miċ-ċellulari li ġew elevati minn fuq l-allegat akkużati waqt it-tfittxija ġie skopert li dakinhar tal-allegat serq kien hemm kommunikazzjoni bejn Bezzina u Vassallo. Bezzina għamel ukoll komunikazzjoni ma’ ċertu Raymond Zammit li dan imbaghad kien ikomunika ma’ Angel Attard. Dan ġie ikkonfermat ukoll mix-xhud Dr.Martin Bajada li kien inkarigat mill-co profiles tac-cellulari.

Ix-xhieda l-ohra li wħud minnhom kienu ħaddiema tal-qorti wkoll spjegaw kif dakinhar tal-allegat serq kien hemm dokument nieqes u li dan aktar tard instab f’cupboard żgħir viċin l-awla 11 li kien imdaħħal f’ħajt ġewwa kuritur u li kien jidher qisu bieb.

Il-Qorti ippreseduta mill-Magistrat Joe Mifsud sab li kien hemm provi biżżejjed biex l-avukat ġenerali joħroġ att t’akkuża u appunta l-kawża għall-11 ta’ Settembru fid-9am.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend