L-FIAU tgħid li Casa ppubblika rapport falz u mbagħbas | One News

Notifiki

L-FIAU tgħid li Casa ppubblika rapport falz u mbagħbas

B’reazzjoni l-Aġenzija Maltija kontra l-ħasil tal-flus, l-FIAU, żvelat li r-rapport ippubblikat minn David Casa fuq is-sit tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew kien ittajpjat mill-ġdid.

L-FIAU qal li dan id-dokument fih bosta diskrepanzi, tneħħija ta’ informazzjoni u riproduzzjoni ta’ test żbaljat.

L-FIAU saħaq li għalhekk ir-rapport ippubblikat minn Casa mhux rapport tal-FIAU u lanqas riproduzzjoni ġenwina ta’ xi dokument tal-FIAU.

Żied jingħad li s-Sur Casa għażel li jagħmel pubblika informazzjoni sigrieta tal-FIAU li kiseb b’mod illegali f’rapport li kien għadu mhux konkluż.

L-FIAU ddeplora l-azzjonijiet tas-Sur Casa għax qal li bl-azzjonijiet tiegħu qiegħed jipperikola s-sigurtà ta’ bosta uffiċjali tal-FIAU.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend