Blockchain Hackathon fil-Life Sciences Park f'San Ġwann | One News

Notifiki

Blockchain Hackathon fil-Life Sciences Park f’San Ġwann

F’Ottubru li ġej il-pubbliku ser ikollu l-opportunità li jiffamiljarizza ruħu mat-teknoloġija tal-Blockchain permezz ta’ korsijiet offruti mill-Universita ta’ Malta immirati kemm għal dawk li jixtiequ jiskopru aktar dwar din it-teknoloġija li kulma jmur qed tiddomina lid-dinja kif ukoll għal dawk li huma ntiżi fuq programmar tal-kompjuter u l-informatika. 

Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri waqt l-inawgurazzjoni ta’ Blockchain Hackaton li qed tittellgħa fil-Life Sciences Park f’San Ġwann li ser tkun mifruxa fuq mhedda ta’ jumejn.

Għal din l-isfida qegħdin jieħdu sehem sittin parteċipant li jinkludu kemm Maltin kif ukoll Ewropej fejn ser ikunu qegħdin jaffaċjaw problema tal-informatika u permezz tal-programming fuq il-kompjuter huma ser ikunu jistgħu joħorġu b’soluzzjoni.

Ir-rebbieħ ta’ din l-isfida ser ikun qed jipparteċipa fis-Summit tal-Blockchain li ser jittellgħa f’Malta f’Novembru li ġej.

One News tkellem ma’ DR Joshua Ellul li huwa lettur fi ħdan id-Dipattiment tax-Xjenzi tal-Kompjuter fl-Universita’ ta’ Malta fejn semma kif attivitajiet ta’ din ix-xorta qed iservu sabiex ikun hawn aktar kumpaniji u individwi li jsiru aktar kunfidenti f’din it-teknoloġija li tkompli tagħmel lil pajjiżna bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-blockchain.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend