Raġel ta' 28 sena iżomm numru ta' nies ostaġġi | One News

Notifiki

Raġel ta’ 28 sena iżomm numru ta’ nies ostaġġi

F’Los Angeles, raġel ta’ tmienja u għoxrin sena ġie arrestat wara li ssakkar ġo ħanut u miegħu kien hemm erbgħin persuna oħra.

Konsegwenza ta’ dan, mara inqatlet mill-aggressur.

Huwa mifhum illi qabel daħal fil-ħanut, il-ġuvni spara lejn nanntu u t-tfajla tiegħu.

Wara dan l-inċident saret ġirja bil-karozzi, fejn anke spara tiri lejn vetturi tal-pulizija.

Ir-raġel abbanduna l-vettura tiegħu u daħal fil-ħanut, fejn żamm nies ostaġġi, minkejja li kien hemm għadd ta’ persuni li ppruvaw jaħarbu.

Huwa ta lilu nifsu lill-pulizija wara ħafna tentattivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend