Operazzjoni ta' salvataġġ issalva 19 -il immigrant fl-ibħra Maltin | One News

Notifiki

Operazzjoni ta’ salvataġġ issalva 19 -il immigrant fl-ibħra Maltin

Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni ta’ Salvataġġ salvat 19-il immigrant li telqu mil-Libja fuq dgħajsa tal-fibre-glass u spiċċat kellha bżonn l-għajnuna fl-ibħra Maltin.

Iċ-ċentru Malti fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta kien infurmat bid-dgħajsa miċ-ċentru ta’ Ruma u kif ukoll mil-Gwardja tal-Kosta Libjan meta kienet għadha fl-ibħra Libjani. Ajruplan u vapur tal-Forzi Armati ta’ Malta ntbagħtu biex ifittxu d-dgħajsa.

Id-dgħajsa bl-immigranti spiċċat fil-periklu u nqelbet ftit wara li l-immigranti ngħataw ġkieket tas-salvataġġ. 17-il immigrant kien salvati b’suċċess mill-Forzi Armati ta’ Malta filwaqt li bdiet tifittxija għal tnejn oħra.

Wara li nstabu, ittellgħu abbord id-dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawk salvati kienu sbatax-il raġel, mara tqila u persuna minorenni, filwaqt li kollha jinsabu qawwijjin u sħaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend