“Illum bdiet issir ġustizzja ma’ familti u mal-pajjiż” – Joseph Muscat – One News

Notifiki

“Illum bdiet issir ġustizzja ma’ familti u mal-pajjiż” – Joseph Muscat

F’diskors mill-aktar emozzjonanti, fl-istess kamra f’Kastilja fejn fl-20 t’April tas-sena l-oħra kien qal li l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u ta’ familtu huma gidba, illum il-Prim Ministru Joseph Muscat, iswed fuq l-abjad irreaġixxa għar-riżultati tal-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, ta’ martu Michelle u ta’ familtu.

Innota li l-akbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna – illum mhijiex biss konfermata iżda hija ċertifikata.

Gidba ċertifikata minn inkjesta ta’ membru tal-ġudikatura mhux magħżul minnu, li jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd, u li ħa b’kollox 15-il xahar biex stabbilixxa l-fatti kollha sal-iċken dettall.

Stqarr li kien dispjaċut li martu Michelle ma kinitx miegħu, kif xtaqet tkun, minħabba li tinsab imsiefra b’ konnessjoni ma ħidma fil-volontarjat.

Filwaqt li rringrazzja lil uliedu, Joseph Muscat qalilhom li la ommhom u lanqas missirhom ma huma sejrin il-ħabs. Qalilhom li huwa kburi li hu l-Prim Ministru ta’ Malta u li jittama li jkunu kburin bih daqskemm hu kburi bihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend