FILMAT: LAQGĦA BUSUTTIL DELIA… BUSUTTIL JAQA' FIL-MUTA | One News

Notifiki

FILMAT: LAQGĦA BUSUTTIL DELIA… BUSUTTIL JAQA’ FIL-MUTA

Sigħat wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ħarab milli jwieġeb dwar jekk hux se jirriżenja mill-Parlament.

Dan wara li l-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja sabet li l-kumpanija Egrant ma kinitx tal-Prim Ministru Joseph Muscat jew ta’ martu Michelle. Kien proprju Simon Busttil li għamel kampanja elettorali sħiħa jallega li Egrant kienet ta’ mart il-Prim Ministru.

Mistoqsi minn ONE NEWS jekk hux se jirriżenja wara laqgħa li kellu mal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, Busuttil ħarab milli jwieġeb u stqarr li se jikkummenta wara li jara l-inkjesta.

Din il-laqgħa saret f’mument fejn l-ogħla uffiċjali tal-PN għadhom ma lissnu ebda kelma fuq l-inkjesta li kkonfermat li Egrant kienet l-ikbar gidba fl-istorja. Fl-aħħar sigħat irrenja paniku fil-PN għax l-eks Kap u l-istrateġist ewlieni ta’ Adrian Delia għandhom is-swaba’ kollha ppuntanti lejhom f’din l-ikbar gidba ffabrikata fl-istorja politika ta’ Malta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend