Għam madwar Malta f'inqas minn 22 siegħa | One News

Notifiki

Għam madwar Malta f’inqas minn 22 siegħa

L-għawwiem Neil Agius, wara għawma ta’ ftit inqas minn 22 siegħa, wasal il-Marfa, minn fejn telaq ilbieraħ fis-sitta ta’ filgħaxija.

Miegħu fit-tluq u għal parti sostanzjali tas-70 kilometru madwar Malta, akkumpanjawh il-ħbieb tiegħu Richard Zerafa u Gilbert Bartolo.

L-inizjattiva ttellgħet biex tinħoloq kuxjenza ikbar għal baħar aktar nadif.

Fil-fatt, minbarra inizjattivi ta’ tindif ta’ bajjiet f’dawn il-jiem, qed iħeġġu lin-nies isibu tliet biċċiet skart magħmul mill-plastik, u qabel jarmuhom, jieħdu ritratt għal fuq il-midja soċjali, bil-hashtag #waveofchange.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend