Tintemm l-avventura ewropea ta' Gżira United | One News

Notifiki

Tintemm l-avventura ewropea ta’ Gżira United

Wara t-telfa ta’ 4 – 0 l-ġimgħa li għaddiet, ilbierah Gżira United ġew megħluba 1 – 0 minn Radnicki Nis tas-Serbja biex b’hekk ġew eliminati mill-ewwel rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.

Kienet logħba diffiċli mill-bidu wara r-riżultat kiefer ta’ 4 – 0 fl-ewwel leg.  L-uniku gowl tal-logħba ġie skurjat wara 8 minuti minn Radovan Pankov.

Ta’ minn ifakkar li f’din il-logħba l-‘midfielder’ internazzjonali Malti Roderick Briffa sar l-aktar plejer Malti li lagħab f’kompetizzjoni ewropeja, b’total ta’ 41 preżenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend