Mistenni jitressaq il-Qorti raġel ta’ 29 sena mixli b’evażjoni ta’ iktar minn kwart ta’ miljun ewro, wara li l-bieraħ inqabad fil-pussess ta’ 1,087,000 sigarett f’San Pawl il-Baħar fl-akwata magħrufa bħala Tal-Veċċja.
Huwa ġie interċettat u mfittex minn uffiċjali tal-Puluzija u membri tat-Taqsima tad-Dwana.
Il-kwantità ta sigaretti interċettati huma maqsumin hekk:
- 31 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Kings Red;
- 27 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Kings Lights;
- 25 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Royals King Size;
- 25 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Richman;
- 22 kartuna b’200 sigarett kull kartuna – Business Kings Lights;
- 13-il kartuna b’200 sigarett kull kartuna – Richman