BIL-FILMAT: L-Imdina tiġbor ikel minn madwar id-dinja | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: L-Imdina tiġbor ikel minn madwar id-dinja

Daqs erba’ sekli u nofs ilu kienet belt Assedjata bin-nies imġewħa jistennew li kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid u llum il-belt is-siekta nbidlet f’festival internazzjonali tal-ikel.

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-foss tal-Imdina qed jittella’ dan il-festival tal-ikel minn kull rokna tad-dinja.

Filfatt dan il-festival infetaħ mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

L-ikel Mediterranju jiddomina iżda fost bankarelli tal-ikel kien hemm anki dak Messikan.

Kif jispjega l-kok t’esperjenza Martin Camilleri, il-kċina Messikana hija waħda li l-Maltin għadhom qed jesploraw.

“Il-‘Mexican’ hija xi ħaġa li l-poplu Malti għadu ma bediex forsi jkun daqshekk viċin tiegħu u tgħidx kemm hu ħafif biex inti ssajru. Pereżempju jiena dak li qed nagħmel hawnhekk huwa xi ħaġa li qisek qed tagħmel dik li jgħidulha ‘bolognese’ jew inkella mili tat-torta Maltija pero bl-‘ispices’ li inti ssib fil-pakketti tal-Mexican packets li tkun xtrajt.”

Ma setax jonqos li nkellmu produttur Malti li jkabbar prodotti organiċi fi Sqallija u jbiegħhom anki f’pajjiżna.

Bi kburija qalilna li ż-żejt taż-żebbuġa tiegħu huwa rinomat u rebaħ premijiet prestiġjużi.

“Id-differenza fit-teknika illi nużaw hija illi niġbru kollox bl-idejn, kollox bl-idejn. Ngħassruh fi żmien tliet sigħat imbagħad anki teknoloġija sħiħa ta’ kif naħżnuh.”

Xi ħaġa wkoll li żgur se tolqot l-għajn ta’ dawk kollha li se jżuru dan il-festival internazzjonali l-ikel hemm imwejjed tal-ikel ta’ żmien is-seklu sbatax.

Liam Gauci minn Heritage Malta spjegalna kif prodott partikolari kien il-bażi ta’ dik magħrufa bħala l-farinata.

“Iċ-ċiċċri, dawn iċ-ċiċċri li kienu jitkabbru hawn Malta f’ammonti kbar u konna nużawhom f’kollox. Fis-soppa, konna nużawhom biex ngħaffġuhom biex niekluhom tipo kif nagħmlu l-bigilla imma wkoll konna nagħmlu l-farinata, l-Italja jgħidulha l-farinata. Sempliċiment hija li konna nitħnu dan iċ-ċiċċri, inġibuh dqiq, iżidu biss ftit żejt taż-żebbuġa u ilma u din issir qisha bażi ta’ pizza biex intuwha terminoloġija naqra moderna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend