BIL-FILMAT: Għoxrin elf vettura bil-liċenzja mhux imħallsa | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Għoxrin elf vettura bil-liċenzja mhux imħallsa

Transport Malta qiegħda tagħti ċans ieħor lil sidien ta’ vetturi li tul is-snin naqsu milli jħallsu l-liċenzja tat-triq jew li jgħarrfu lill-awtorità li l-vettura tagħhom ġiet skrappjata jew iggaraxxjata biex jirregolarizzaw ruħhom billi jħallsu l-liċenzji dovuti.

Gilbert Agius, Senior Manager tal-awtortià qal li Transport Malta sabet mal-għoxrin elf vettura bil-liċenzja mhux imħallsa. Spjega li dawn il-karozzi qegħdin jinstaqu fit-toroq Maltin bla liċenzja, jew ġew skrappjati jew iggaraxxjati bla ma informaw lill-awtorità.

Huwa qal li mindu tnediet l-iskema kien hemm mal-elf vettura li s-sidien tagħhom irregolarizzaw ruħhom. Sostna li s-sidien qed jingħataw iċ-ċans ieħor bi skema li tipprovdi għal tlett sitwazzjonijiet differenti.

Filkaz li persuna qed jiġri bla liċenzja mhux imħallsa u baqa’ juzaha hemmhekk m’hemmx skema irid jigi għandna u jagħmel test tal-VRT. Dawk in-nies li qegħdin f’’home’ jew mietu jistgħu jirranġaw il-qraba tagħhom.

Spjega li s-sidien li skrappjaw il-vettura iżda naqsu li jinformaw lill-awtorità jistgħu jirregolarizzaw ruħhom u jiffrankaw il-multi billi jħallsu 125 ewro u l-arretrati tal-liċenzji mhux imħallsa. Qal li min iggaraxxajaha u ma rritornax il-pjanċi, jista’ jħallas 125 ewro u nofs il-liċenzji li ma ħallasx waqt li min ma ġeddidx il-liċenzja fil-ħin, jista’ jħallas dak dovut mingħajr il-multi iżda bi ħlas ta’ 125 ewro penali.

Is-Sur Agius wissa li fin-nuqqas ta’ dan, is-sidien ma jistgħux jirreġistraw jew jittrasferixxu vettura oħra.

La l-iskema tkun għalqet, kollox irid jiġi imħallas. Se nibagħtu ittra biex anki ikunu jistgħu jkunu infurmati b’dan.

Is-Sur Agius qal li huwa illegali li s-sewwieq isuq b’liċenzja mhux imħallsa u tkellem dwar il-multi li jistgħu jeħlu jekk jinqabdu mill-awtoritajiet.

Daħlet is-sistema tal-punti u vettura mingħajr liċenzja mhux imħallsa jistgħu jeħlu bejn 3-6 punti.

Kull minn jixtieq iktar informazzjoni dwar din l-iskema minn Transport Malta jista jċempel fuq tmienja zero, zero sebgħa, tnejn tlieta, disgħa tlieta.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend