BIL-KUMMENT: Qorti Taljana tiċħad l-appell tal-BOV | One News

Notifiki

BIL-KUMMENT: Qorti Taljana tiċħad l-appell tal-BOV

Żvolta fil-każ tal-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju li qorti Taljana ħarġet fil-konfront tal-Bank of Valletta fl-ammont ta’ tliet mija u tlieta u sittin miljun ewro. Il-każ idur ma’ kawża li l-amministrattur tal-grupp Deilemar fetaħ fl-2014 kontra l-bank f’isem elfu ta’ persuni li tilfu flushom minħabba l-falliment tal-grupp li kellu investiment żgħir fi trust li l-bank of Valletta fetaħ fl-2009.

Wara li f’Marzu li għadda, il-Qorti Taljana iddeċidiet li tawtorizza s-sekwestru kontra l-bank, ilbieraħ il-qorti ma laqgħetx l-appell tal-bank bil-konsegwenza li l-assi tal-bank se jbqa’ fl-Italja.

Se nisimgħu r-reazzjoni li tagħna ftit tal-minuti ilu l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta Mario Mallia dwar dan l-iżvilupp.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend