Pass eqreb biex jinstab min kien li evvelena lill-eks spija Russu u t-tifla tiegħu – One News

Pass eqreb biex jinstab min kien li evvelena lill-eks spija Russu u t-tifla tiegħu

Għadd ta’ Russi kienu involuti fl-attentat ta’ qtil tal-eks spija Russu u t-tifla tiegħu, Sergei u Yulia Skripal.

Il-midja barranija qed tirrapporta kif dawn il-persun x’aktarx ġew identifikati minn filmat meħud kameras tas-sigurtà kif ukoll ma’ informazzjoni oħra. 

Aktar kmieni dan ix-xahar, Dawn Sturgess ta’ 44 sena tilfet ħajjitha wara li ġiet evvelenata bil-kimika Novichok.

Hi kif ukoll is-sieħeb tagħha, Charlie Rowley ta’ 45 sena kienu ma jifilħux f’Amesbury f’Wiltshire fejn filwaqt li Dawn tilfet ħajjitha, Charlie jinsab f’kundizzjoni kritika.

Il-Pulizija sostnew li x’aktarx iż-żewġ każijiet għandhom x’jaqsmu fejn il-Gvern tar-Renju Unit ta t-tort lir-Russja iżda l-awtoritajiet tar-Russja ċaħdu li kellhom x’jaqsmu ma’ dan il-każ. .

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend