Mrieħel ESS jingħaqdu ma’ Gżira United – One News

Notifiki

Mrieħel ESS jingħaqdu ma’ Gżira United

Fi stqarrija uffiċjali t-tim tal-futsal ta’ Mrieħel ESS ħabbru li ngħaqdu mat-tim ta’ Gżira United u saħansitra bidlu isimhom għal Gzira United Futsal sabiex mill-istaġun li ġej jikkompettu fil-kampjonat tal-futsal taħt l-isem il-ġdid.

Dan seta’ jsir biss wara xhur ta’ negozjati twal bejn iż-żewġ klabbs.

Matul il-jiem li ġejjin ser tkun qed titħabbar l-iskwadra kif ukoll l-akkwisti l-ġodda għall-istaġun 2018 / 2019.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend