Malta b'ebda ksur ta' regolamenti internazzjonali b'rabta mal-immigranti salvati fit-Tuneżija | One News

Notifiki

Malta b’ebda ksur ta’ regolamenti internazzjonali b’rabta mal-immigranti salvati fit-Tuneżija

Il-Gvern Malti ċaħad l-allegazzjonijiet li saru f’rapporti li allegaw li Malta kisret ir-regolamenti internazzjonali meta bagħtet lill-immigranti salvati sabiex jiġu żbarkati t-Tuneżija. 

Fi stqarrija, l-Gvern Malti qal li peress li l-aktar port sigur kien dak tat-Tuneżija, huma ntbagħtu hemm- kif inhu mitlub mill-Konvenzjonijiet.

L-istess stqarrija qalet li l-awtoritajiet Maltin ġew mgħarfa li għall-ewwel l-immigranti irrifjutaw li jiġu salvati minħabba li ma kienux f’port Ewropej-madankollu huma aċċettaw ftit tal-ħin wara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend