Inawgurata l-ewwel Borża ta’ Blockchain f’Malta – One News

Notifiki

Inawgurata l-ewwel Borża ta’ Blockchain f’Malta

Issiġillat il-ftehim bejn żewġ kumpaniji tal-blockchain NEUFUND u OKEX li bejniethom ħolqu kumpanija sussidjarja li ser twaqqaf f’Malta l-ewwel borza tal-blockchain fid-dinja.

Dawn iż-żewġ kumpaniji ser joħolqu kumpanija sussidjarja MSX li ser tkun qed tinvesti fit-teknoloġija tal-blockchain kif ukoll tingħaqad fi sħab ma’ kumpaniji oħra intiżi f’dan is-settur li dejjem qiegħed jikber. 

Tkellimna maċ-Chairman tal-Borża ta’ Malta Joe Portelli li emfasizza dwar il-fatt li t-twaqqif tal-borza tal-blockchain hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fid-dinja, kif ukoll li kemm hi kif ukoll il-kumpanija sussidjarja ser iservu ta’ alternattiva ġdida għall-investituri sabiex jinvesti permezz ta’ tokens siguri.

Preżenti għall-iffirmar kien hemm is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

B’referenza għad-dikjarazzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea, il-Ministru tal-Finanzi qal li r-rapport sar biex issżostni l-pożizzjoni li kieku kienet hi fiż-żarbun tal-Aġenzija kontra l-Ħasil tal-Flus l-FIAU meta dawn għamlu żjara lill-Bank Pilatus u rriżulta li ma kinux qed isegwi r-regolamenti sew u għalhekk ġie ssanzjonat.

Fid-dawl ta’ dan, l-FIAU tagħthom twissija u allokat perjodu fejn ġew irregolati l-affarijiet.  Il-Ministru spjega kif mat-tieni żjara l-affarijiet kienu kif suppost u għalhekk, ir-rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea tkellem dwar il-passi li kienet tieħu hi.  B’risposta għal din id-dikjarazzjoni, il-Ministru semma kif id-deċiżjoni hija waħda appellabli u li bħalissa l-FIAU qed jieħdu pariri legali biex iwieġbu għal din id-dikjarazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend