Il-PN inħataf minn erbgħa min-nies | One News

Notifiki

Il-PN inħataf minn erbgħa min-nies

L-eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista David Thake sfida pubbikament lill-kap tal-media tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli biex jissostanzja l-allegazzjonjiet li għamel kontrih meta allega li daħħal mitt elf ewro mill-Partit Nazzjonalista biex itella’ programm u għal servizz ta’ wifi.

F’filmat li tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, intitloat il-gidba ta’ Pierre Portelli, is-Sur Thake li ħadem id f’id mal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, qal li Portelli pprova jitfa’ tajn fuqu biex jgħatti l-konflitt ta’ interess li għandu.

Thake qal “Pierre Portelli biex jipprova jiġġustifika l-kunflitt ta’ interess tiegħu meta bħala ceo tal-media link daħħal series imtella’ mill-kumpanija tiegħu u ta’ martu fuq in-net u qala’ pogramm ieħor biex jiġġustifka dik id-deċizjoni pprova jitfa’ t-tajn fuqi. Din ma nistax naċċettaha.”

Kien hawn li sfidah biex jippubblika l-invoices dwar il-ħlasijiet li qal li sarulu mill-Partit Nazzjonalista.

Qal li “Pierre Portelli jipprova jispinja u jerġa’ jipprova juża l-kelma wifi Pierre Portelli huwa giddieb. u minn hawn nisfidah jissostanzja dak li qal għax ma jistax jissostanzjah.”

Huwa sostna li ma jridx jagħmel ħsara lill-partit Nazzjonalista u sostna li l-ħsara lill-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħmilha min ħareġ għall-elezzjoni biex jirbah kandidatura minghajr ebda hsieb ta’ hsara li qed jagħmel il-partit biex jattakkaw lil Daphne Caruana Galizia u t-tmexxija ta’ Simon Busuttil.

Sostna “U jekk illum mill-oppożizzjoni ma tafux xi tfisser li tagħmlu l-affarijiet sew, kif il-ħanina tridu lin-nies jafdawkom. Din hija l-problema ta’ kredibbilità li għandu l-PN. Mhux il-PN iżda l-erba’ min-nies li qegħdin imexxuh.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend