Beauty and the Beast l-aktar film favorit fis-swali taċ-ċinema Maltin għas-sena 2017 – One News

Notifiki

Beauty and the Beast l-aktar film favorit fis-swali taċ-ċinema Maltin għas-sena 2017

L-aktar film favorit għas-sena 2017 fost dawk li marru ċinema f’waħda mis-swali f’Malta jew Għawdex, kien Beauty and the Beast. Dan hekk kif b’8.4% tax-xiri tal-biljetti kienu għal dan il-film. 

Kienu films mill-Istati Uniti li ddominaw hekk kif 86.8% ppreferaw jaraw film bi produzzjoni barranija b’745,493 xiri ta’ biljetti bi gross ta’ €4.8 miljun fuq 398 film. Filwaqt li films bi produzzjoni Maltija kellhom gross ta’ €62,000 fuq 11-il film.

Kienu aktar nies li għażlu li jaraw film ta’ ġenre fiction b’76.8% filwaqt li t-tieni l-aktar popolari kienu tal-animazzjoni b’21.6%.

L-aktar film li nbiegħu biljetti għalih kien dak ta’ The Beauty and The Beast b’8.4% tal-bejgħ tal-biljetti filwaqt li kienu l-films The Fate of the Furious u Despicable Me 3 li kisbu 3.4% tal-udjenza.

Intant fit-tmien ċinemas li jinsabu f’Malta u Għawdex, insibu 177 persuna impjegata bil-maġġoranza taħghom huma fuq bażi parttajm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend