BIL-FILMAT: Xogħol artistiku ġdid fit-tempju ta' Raħal Ġdid | One News

BIL-FILMAT: Xogħol artistiku ġdid fit-tempju ta’ Raħal Ġdid

Il-poplu ta’ Raħal Ġdid beda jżejjen it-tempju maestuż tiegħu bil-pittura u l-induratura wara li għal dawn l-aħħar ħamsin sena kemm ilha kkonsagrata l-knisja tħalliet fuq il-fil.
Fost l-ewwel teżori li din il-knisja żżejnet bihom hemm il-pittura sagra mal-apside fuq l-artal li hi kbira disgħin metru kwadru.
Il-pittura li ser tiġi inawgurata s-Sibt li ġej, tirrappreżenta l-glorja ta’ Kristu Re hi xogħol l-artist Għawdxi Manwel Farrugia,

Ħarġet l-idea li npittru s-suġġett ta’ Kristu Pantocrator li tfisser Sid il-Ħolqien. Allura bħala suġġett qbadt lit-Trinità flimkien ma Kristu li qed fuq is-sedja glorjuża tiegħu.

Din il-pittura hi biss il-bidu hekk kif il-proġett mistenni jkompli fix-xhur li ġejjin.

Is-saqaf issa jonqos il-mitri ta’ taħt il-koppla prinċipali, il-koppla prinċipali wkoll jiġifieri ġejja bil-pittura u kif ukoll il-kumplament tal-kustilji. Fadal il-kustilji kollha jiġifieri 9 u fadal tlett appsidejiet.

Qabel ma bdiet issir il-pittura ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex il-pittura li saret u li se ssir fil-futur, tkun ippriservata għas-snin li ġejjin.

Din ġiet issiġillata minn barra permezz liquid membrane kif ukoll jiġifieri is-saqaf kollu ġie ssiġillat b’liquid membrane apposta biex almenu l-ilma ma jidħolx. Fejn nistgħu aħna bħala umani li ngħamlu prekawzjoni, għamilniha kollha. Sa l-inqas dettall ħadna ħsieb.

Il-kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu RE Marc Camilleri qal li l-pittura ma kinetx l-uniku xogħol li sar fil-Knisja f’dawn l-aħħar xhur.

Temmejna l-induratura kollha tal-Korsija. Qed nistennew biex jispiċċaw l-aħħar żewġ busti tal-Appostli biex hekk ix-xogħol tal-Korsija jkun intemm kompletament. Tqiegħdu wkoll il-brazzi ġodda tal-kristall mad-dawra tal-korsija u issa wkoll wasalna biex nawguraw l-ikbar pittura li għandna fil-Knisja li hija l-pittura ta’ Lapside. Il-post ċentrali fejn hekk anke in-nies waqt il-Quddiesa qed ikunu jħarsu lejha biex tgħaqqad u tgħalaq il-Knisja kollha.

Intant, kien fl-elf disa mija erba u għoxrin li tqiegħdet l-ewwel ġebla ta’ din il-knisja li bdiet iservi ta’ parroċċa sa mill-elf disa mija sitta u tletin u ġiet ikkonsagrata fl-elf disa mija seba’ u sittin u hi meqjusa bħala waħda mill-akbar knejjes f’pajjiżna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend