BIL-FILMAT: il-lussu tal-akbar ajruplan tal-passiġġieri rreġistrat f'Malta | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: il-lussu tal-akbar ajruplan tal-passiġġieri rreġistrat f’Malta

Il-kumpanija tal-avjazzjoni Hi Fly għażlet lil Malta sabiex tirreġistra l-akbar ajruplan tal-passiġġieri fir-reġistru tal-avjazzjoni Malti.

L-ajruplan tal-għamla Airbus A380 ġie rreġistrat f’pajjiżna mill-kumpanija Hi Fly, kumpanija li tispeċjaliżża fil-kiri tal-ajruplani u l-ekwipaġġ lil diversi linji tal-ajru u Gvernijiet.

Dan l-ajruplan b’piz ta mijiet ta’ tunnellati jista’ jġorr aktar minn tmien mitt passiġġier f’kumdita u lussu. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Hi Fly, Mario Mirpuri stqarr li dan il-metodu ta’ kiri sar popolari ħafna hekk kif huwa mezz li jipprovdi element ta’ flessibiltà lil-linji tal-ajru u Gvernijiet.

Il-Ministru tat-Trasport Ian Borg stqarr li wara li saru emendi fil-liġijiet tal-avjazzjoni, is-suq Malti sar aktar attrajenti għall-kumpaniji tal-avjazzjoni internazzjonali. Dan l-ajruplan wasal Malta ftit tal-ġimgħat ilu sabiex isiru xogħlijiet kożmetiċi u bdil ta’ kulur mill-kumpanija Malta Aircraft Cosmetics.

LDin il-kumpanija qed taqta’ l-frott tal-espansjoni tagħha li saritilha sentejn ilu fejn inawgurat kumpless ta’ hangers kbar fejn qed isiru diversi xogħlijiet ta’ żebgħa fuq l-ajruplani. L-ajruplan 9HMIP inżebaħ b’tema favur il-konservazzjoni marittima tal-coral reef u minn Malta se jtir sabiex ikun għall-wiri fil-Farnborough Airshow ta’ Londra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend