Birkirkara FC jiffirmaw lil Carabott b'self minn Hibernians | One News

Notifiki

Birkirkara FC jiffirmaw lil Carabott b’self minn Hibernians

L-istilla tal-futbol Malti tan-nisa Ylenia Carabott, ser tkun qed tingħaqad ma’ Birkirkara FC wara li l-klabb iffirmaha b’self għal sena minn Hibernians FC.

Il-klabb ta’ Birkirkara ħabbar dan fi stqarrija fuq Facebook fejn spjegaw li l-kuntratt ser ikun iffinallizzat fil-jiem li ġejjin. Dan sabiex hija tkun eliġibbli tilgħab ukoll għat-tim il-ġdid tagħha fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tan-nisa bejn is-6 u t-13 ta’ Awwissu fl-Ukrajina.

Carabott rebħet disa’ darbiet l-premju tal-aqwa taop scorer f’pajjiżna bi tmienja minnhom jiġu kollha wara xulxin bejn l-2009 u l-2017. B’kollox hija skurjat 334 gowl f’totall ta 257 logħba.

Carabot hija wkoll plejer strumentali għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa bid-debut tagħha jasal fl-2005. Hija rnexxiela ssib ix-xibka 19-il darba f’73 logħba.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend