BIL-FILMAT: BAĠIT 2019: 92,000 pensjonant b'żieda oħra fil-pensjoni | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: BAĠIT 2019: 92,000 pensjonant b’żieda oħra fil-pensjoni

Fil-Baġit għas-sena għas-sena d-dieħla, tnejn u disgħin elf pensjonant se jerġgħu jibbenefikaw minn zieda fil-pensjoni tagħhom.

Il-Ministru għall-familja u s-solidarjeta soċjali Michael Falzon qal li fil-Baġit se jiġi pprezentat f’Ottubru li ġej, il-pensjonanti kollha se jaraw zieda fil-pensjoni tagħhom, filwaqt li se jingħataw ukoll z-zieda tal-għoli tal-ħajja.

Din se tkun ir-raba zieda konsekuttiva fil-pensjonijiet. Kien fil-baġit għas-sena elfejn u sittax, li l-Gvern beda jzied il-pensjonijiet sena wara l-oħra.

Bil-mandat tal-gvern huwa li kif imwiegħed fil-manifest elettorali, f’din il-leġizlatura l-pensjoni tizdied b’minimu ta’ tmien ewro fil-ġimgħa.

Din mhix l-ewwel darba li tajna żieda wara 25 sena fil-limbu. Il-PM għamel wegħda li aħna se nerġgħu nżiedu l-pensjonijiet wegħda li se titwettaq.

Il-Ministru Michael Falzon sostna li l-Gvern huwa impenjat li l-Gvern ikompli jgħin lill-anzjani, li huma fost l-aktar vulnerabli fis-soċjetà.

L-istatistika turi li mijiet ta’ anzjani li sa ftit tas-snin ilu kienu mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi, illum tejbu l-livell tal-għajxien tagħhom, grazzi għaz-zieda fil-pensjonijiet u għadd ta’ mizuri soċjali oħrajn.

Li hu żgur li minn statistika uffiċjali, pensjonanti li kienu f’deprievation material, rajnihom joħorġu.

Intant, l-Ministru Michael Falzon qal li bħalissa l-ministeru għall-familja u s-solidarjeta soċjali għaddej b’ħidma fuq mizuri soċjali li se jitħabbru fil-Baġit għas-sena elfejn u dsatax.

Għal darba oħra l-gvern se jkompli jindirizza inġustizzji u anomaliji fosthom ma’ membri tal-korp tal-pulizija, eks ħaddiema tal-korpi, eks ħaddiema tax-xatt u eks ħaddiema tal-malta electricity board.

Kif ġa għamilna ngħataw ħlas u se jingħataw ħlas ieħor x’aktar f’Novembru ħalli aħna nkomplu nindirizzaw dawn l-inġusizzji.

Il-Ministru Falzon qal li dawn iż-żidiet huma possibbli għax il-Gvern għandu ekonomija b’saħħitha u rreġistra surplus li qiegħed iservi sabiex jgħin lill-familji u l-pensjonanti Maltin u Għawdxin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend