Attività sportiva fil-Belt Valletta | One News

Notifiki

Attività sportiva fil-Belt Valletta

Fi pjazza San Ġorġ qed jittella’ avveniment tal-Beach Volleyball. Avveniment li sar għall-ewwel darba fil-Belt Valletta. Inizjattivamill-‘Valletta Volleyball Klabb’ li huma ċ-ċampjins tal-Volleyball f’Malta.

Ir-ramel li qiegħed jintuża huwa wkoll ramel li jintuża apposta għal dan it-tip ta’ sport.

Ic-chairman ta’ V18 Jason Micallef qal li huwa ta’ sodisfazzjoni għalih jara spazzji fil-Belt Valletta li qegħdin jintużaw għal skop sportiv, biex il-pubbliku jieħu gost u fl-istess ħin titqajjem kuxjenza dwar l-impenn sportiv għal għajxien aħjar.

L-attività tibqa’ għaddejja sa nhar il-Hadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend