BIL-FILMAT: Żidiet qawwija fit-traġitt bejn Malta u Għawdex – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Żidiet qawwija fit-traġitt bejn Malta u Għawdex

Tkompli xejra ‘l fuq fl-għadd ta’ passiġġieri u vetturi li jaqsmu l-fliegu kif ukoll fl-għadd ta’ vjaġġi li saru mill-vapuri tal-Gozo Channel.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-istaġun tar-rebbiegħa aktar minn miljun u ħames mitt elf passiġġier ivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex. Iċ-ċifri tal-NSO juru żieda ta’ aktar minn tmienja punt ħamsa fil-mija fuq l-istess tliet xhur tas-sena l-oħra. Din iżieda hija ekwivalenti għal aktar minn mija u għoxrin elf passiġġier.

B’reazzjoni għal dawn ir-riżultati pożittivi, iċ-charmain tal-Gozo Channel Joe Cordina qal li l-kumpanija tinsab impenjata biex tkompli tieħu miżuri biex tlaħħaq mad-domanda dejjem tiżdied ta’ vjaġġi bit-trasport tal-baħar.

“Il-kumpanija Gozo Channel kompliet iżżid in-numru ta’ vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer biex takkomoda d-domanda li dejjem qiegħda tiżdied ta’ nies li jixtiequ jaqsmu bejn Malta u Għawdex, ovvjament dawn jinkludu kemm turisti, kemm Maltin u anke Għawdxin. Ovvjament aħna qegħdin nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inlaħħqu mad-domanda u għandna azzjonijiet anke għall-quddiem biex in-numru ta’ trips inkomplu nżieduhom, filfatt dan l-aħħar żidna trip extra f’nofsilejl li jidher li ntlaqa’ tajjeb.”

Mill-istatistika rriżulta wkoll li l-ogħla numru ta’ passiġġieri li qasmu l-fliegu kien f’Mejju li għadda hekk kif ammontaw għal tlieta u tletin punt ħamsa fil-mija tat-total tal-kwart kollu tas-sena.

Kienu aktar minn elfejn, in-numru ta’ vjaġġi li saru matul ix-xahar ta’ Ġunju li rreġistra l-akbar ammont ta’ vjaġġi bit-trasport tal-baħar bejn iż-żewġ gżejjer.

Kienu aktar minn elfejn, in-numru ta’ vjaġġi li saru matul ix-xahar ta’ Ġunju li rreġistra l-akbar ammont ta’ vjaġġi bit-trasport tal-baħar bejn iż-żewġ gżejjer.

L-istatistika uriet ukoll kif l-akbar ammont ta’ passiġġieri li oriġina miċ-Ċirkewwa kien l-aktar tul il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt filwaqt li l-akbar numri mill-Imġarr, Għawdex kienu tul il-jiem tas-Sibt u l-Ħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend