UEFA Champions League: Illejla Valletta FC jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd – One News

Notifiki

UEFA Champions League: Illejla Valletta FC jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd

Wara d-draw ta’ mingħajr goals fl-Albanija, fil-18.00 tal-lejla fic-Centenary Stadium ċ-ċampjins Maltin Valletta FC, jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League kontra FK Kukesi.

Bla dubju r-riżultat tal-ewwel leg qed jitqies bħala wieħed tajjeb sabiex Valletta FC ikomplu jibnu fuqu u javvanzaw għar-rawnd li jmiss.  Rebħa biss tagħmel ċert li t-tim mill-kapitali jgħaddi għar-rawnd li jmiss.  Jekk Valletta FC jirnexxilhom jagħmlu dan, allura jkun kitbu l-storja tal-klabb għaliex s’issa qatt ma rnexxilhom javvanzaw mill-ewwel rawnd tal-stess kompetizzjoni.

F’intervent telefoniku waqt l-edizzjoni tal-bierah tal-program “L-Argument Ikompli,” t-tim manager ta’ Valletta FC Gerard Ellul sostna li ma hemmx problemi ta’ injuries u għalhekk il-kowċis Danilo Doncic u Gilbert Agius ser jkollhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend